FILMAT: Terremot fl-Italja, Persuna konfermata mejta u diversi midruba

Terremot ta’ 4.0 laqat il-gżira Taljana ta’ Ischia barra mill-kosta ta’ Napli, li kienet ippakkjata bit-turisti.

Ir-residenti u t-turisti fil-gżira spiċċaw fit-toroq wara li ħarġu mid-djar u l-lukandi.
It-televiżivi Taljan wrew diversi bini mwaqqa’ fil-belt ta’ Casamicciola kif ukoll knisja iġġarrfet fit-terremot, li seħħ fit-8:57 p.m.

L-Istitut Nazzjonali tal-Ġeofiżika u Vulcanoloġija (INGV) ta’ l-Italja qal li l-qawwa ta’ terremot kienet 4.0 iżda kemm l-Istħarriġ Ġeoloġiku ta’ l-Istati Uniti (USGS) kif ukoll l-aġenzija Ewropea ta’ terremot, EMSC, stmaw il-kobor ta’ 4.3.

L-uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Lokali, Giovanni Vittozzi qal li mara waħda nqatlet meta kienet milquta mill-ġebla li waqet minn knisja.

Ritratt: EPA

Comments

comments