FILMAT: Il-Festa ta’ Marija Reġina fil-50 sena Anniversarju

Il-Marsin qed jippreparaw bi ħġarhom għall- festa ta’ Marija Reġina li ser tkun qed tiġi ċelebrata fl-ahhar Ħadd ta’ Awissu.

Din is-sena hija sena speċjali għall-parruċċani għar raġuni li l-parroċċa Marija Reġina qed tiċċelebra l-Ħamsin sena tagħha.

Kif spjega tajjeb is-sur Luca Fenech, il-knisja din is-sena ġiet imżejna għat tieni darba u dan wara’ li fi Frar li għadda kienet intramat għal l-okkażjoni tal-Ħamsin Sena.

Ma’ Galaxy105.net tkellem ukoll is-sur Christopher Spiteri li tkellem dwar il-passat tal-parroċċa u fost l-oħrajn semma’ nies li kienu pijunieri bħall patri Mario Azzoppardi, l-eks Kappillan patri Diegu, Ġanni Muscat, Saver Frendo u patri Valent Calleja li kien hu li waqqaf il-Banda Marija Reġina.

F’dak li għandu x’jaqsam Festa, tkellem magħna is-sur Clayton Chetcuti fejn spjega dwar l-armar u anke ta’ dettalji dwar il-programm tal-festa fejn spjega li l-Banda Marija Reġina ħa tkun qed tagħti s-servizzi tagħha fit-toroq tal-parroċċa nhar l-Erbgħa, il-Ġimgħa u fil-marċ tradizzjonali tal- Ħadd filgħodu, waqt li għal sena oħra il-banda San Gejtanu tal-Ħamrun ħa tkun qed idoqq il-Ħamis, waqt li il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun ħa tkun qed tagħti programm quddiem il-knisja nhar is-sibt lejliet il-festa.

Comments

comments