Raġel miet u ieħor indarab wara attakk bis-skieken fil-punent tal-Ġermanja

Tkompli il-mewġa ta’ attakki fuq l-Ewropa hekk kif fil-Ġermanja, raġel inqatel u ieħor spiċċa ferut wara attakk bis-skieken.

Il-Pulizija Ġermaniża qed ifittxu tliet irġiel allegatament wettqu l-attakk f’ħanut fid-distrett tan-negozju ċentrali.

“Nistgħu nikkonfermaw li kien hemm reat fatali. Raġel miet u raġel ieħor qiegħed fl-isptar” qal kelliema tal-pulizija.

Raġel ta ’31 sena inqatel u ieħor ta’ 25 sena kien imweġġa’ fl-inċident, li seħħ 20km fil-Lvant ta’ Düsseldorf.

Mhuwiex ċar jekk l-avveniment kienx relatat mat-terroriżmu.

Comments

comments