Ħames terroristi lebsin ċinturini ta’ suwiċidju nqatlu fit-tieni attakk f’Barċellona

Tnixxija ta’ demm faqqgħet fis-sigħat bikrin ta ‘dalgħodu fil-belt turistika ta’ Cambrils, li tinsab 70 mil fin-Nofsinhar ta’ Barċellona, fejn sehh attakk terroristiku ieħor ftit qabel.

ħames terroristi li kienu lebsin ċinturini ta’ suwiċidju nqatlu f’Cambrils wara li weġġgħu sebgħa fl-attakk b’żewġt karozzi ftit sigħat wara li 13 il-persuna ġew massakrati fl-Las Ramblas.

Tnejn mis-seba’ feruti qed jingħad li huma f’kondizzjoni serja. Wieħed mill-midruba huwa uffiċjal tal-pulizija, iżda mhuwiex maħsub li ndarab gravi.

Ritratt:Twitter

Comments

comments