AĠĠORNATA: 2 Mejta, 6 midruba f’attakk terroristiku fil-Finlandja

Żewġt persuni huma konfermati mejta waqt li 6 oħra indarbu f’attakk terroristiku li seħħ aktar kmieni fil-Finlandja.
Aktar Kmieni:

Diversi persuni allegatament ġew midruba, xi wħud minnhom setgħu mietu f’attakk terroristiku li seħħ ftit tal-ħin ilu fil-Finlandja.

Rapporti qed jghidu li l-pulizija qatlu wieħed mil l-aggressuri li bdew jagħtu bis-skieken lil pubbliku fit-triq fil-belt ta’ Turku.

Huwa maħsub suspettati oħra għadhom maħruba.

L-inċident isegwi dak li gara f’Barċellona, Spanja, fejn inqatlu 14 il-persuna u aktar minn 100 oħra ġew midruba.

Ritratti: Reuters, AFP

Comments

comments