Żewġt persuni arrestati wara ġlieda fit-Tiger Bar fil-Marsa

Għat-tieni darba f’inqas min xahar, il-Pulizija kienet imsejħa fit-Tiger Bar fil-Marsa u dan wara ġlieda b’sikkina.

Kien għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, li l-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post u arrestaw liż-żewġt irġiel li allegatament kienu nvoluti fil-ġlieda.
Is-sid ta’ Tiger Bar qed jinsisti li-l-aggressur ħebb għalih b’sikkina u wara’ remieha fil-baħar.

Min tfittxija li għamlet il-Pulizija, ma nstabet ebda sikkina iżda nstabet ħadida fil-pussess ta’ sid il-ħanut.

Fl-istess post, fid-19 ta’ Lulju, f’rejd li sar mil-Pulizija, nstabet ammont konsiderevoli ta’ droga u saru numru ta’ arresti.

Comments

comments