It-tifla ta’ 10 snin vittma ta’ stupru, twelled tarbija

Vittma ta’ stupru ta’ 10 snin li ġiet miċħuda permess għal abort fix-xahar li għadda welldet tarbija.

It-tifla ma tafx li hija welldet tarbija u matul it-tqala tagħha, hija kienet infurmata li kellha ġebla kbira fl-istonku tagħha.

It-tqala tagħha ġiet skoperta f’nofs Lulju meta bdiet tilmenta b’uġigħ fl-istonku u l-ġenituri tagħha ħaduha fl-isptar f’Chandigar, l-Indja.

It-tifla qed tallega li ġiet stuprata bosta drabi fl-aħħar xhur miz-ziju tagħha, li ġie arrestat.

L-aġenzija ta l-aħbarijiet BBC qed tirrapporta li kemm l-omm kif ukoll it-tarbija jinsabu tajbin.

Comments

comments