Kważi qatel lil martu f’ Ħad-Dingli għax ma laħqitx sajjret fil-ħin

Raġel ta’ 32 sena mill-Imġarr aktar kmieni dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ martu.

L-allegat każ seħħ f’razzett fil-limiti ta’ Ħad-Dingli nhar il-Ħadd għall-ħabta tad-9 ta’ filgħaxija, f’dak li kien argument domestiku.

L-Ispettur Magro spjega li kien ħu l-akkużat stess li mar fl-għassa tar-Rabat għall-10 ta’ filgħaxija u rraporta li kien hemm persuna muġugħa tistenna fil-karozza u li tixtieq tagħmel rapport. Il-vittma irrapportat li qalet daqqiet ta’ sieq fl-istonku u daqqa ta’ ponn f’widnejha. Jidher li l-argument beda l-Ġimgħa filgħaxija wara li l-vittma kienet ma tiflaħx u ma’ laħqitx sajjret l-ikel fil-ħin.

L-argumenti komplew jeskalaw, tant li il-Ħadd filgħaxija kien hem l-allegat aggressjoni li kawża tagħha il-vittma kellha l-milsa mifqugħa fejn għamlet madwar seba’ siegħat fil-periklu tal-mewt.

L-Ispettur Magro xehed li kellha ssirilha operazzjoni b’urġenza u għamlet madwar seba’ siegħat fil-periklu tal-mewt u qal li għadha rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

L-akkużat li fuq ordni tal-Qorti ismhu qed jixxandar minħabba li l-koppja għadhom miżżewġin u għandhom erbat itfal żahar, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Monica Vella ċaħdet it-talba għal liberta’ proviżorja minħabba ċ-ċirkostanzi gravi tal-każ

Comments

comments