Żagħżugħ jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu

Britanniku ta’ madwar 30 sena tilef ħajtu u persuni oħra ndarbu wara li ambulanza tas-salib l-aħmar u karozza ħabtu fit-Telgħa ta’ Selmun fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-01.20, hekk kif ambulanza tas-Salib l-Aħmar li kienet qed twassal lura pazjenta li magħha kien hemm ukoll mara u tifla, kellha impatt ma’ karozza tat-tip Daihatsu misjuqa minn Ingliż.

Il-passiġġier li kien fuq quddiem tal-karozza Daihatsu ġie ddikjarat mejjet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin waqt li nfetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras

Comments

comments