Raġel ta’ 72 sena mill-Marsa tilef ħajtu wara li ttajjar min karozza fil-Marsa stess

Carmelo Ellul magħruf bħala l-balaj ta’ madwar 72 sena mil-Marsa, tilef ħajtu wara li ttajjar dalgħodu ħdejn il-kavallerija tal-Marsa.

Ellul kien qed jaqsam triq Diċembru 13 meta ntlaqat minn vettura tat-tip Citroen Cactus misjuqa minn Żabbari ta’ 37.

Nies fuq il-post qalu li mal-art kien hemm ammont sostanzjali ta’ demm, waqt li nħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku fid-direzzjoni lejl il-Belt Valletta.

L-investigazzjoni qed titmexxa mill-pulizija tad-distrett tal-Ħamrun, filwaqt li nfetħet inkjesta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.

Ritratti: Facebook / Google Maps

Comments

comments