Mara tmut f’ħabta fir-Rabat, it-tielet fatalita tal-ġurnata

Illum is-Sibt hija meqjusa bħala ġurnata sewda fit-toroq ta’ pajjiżna hekk kif anzjana ta’ 78 mir-Rabat tilfet ħajjitha wara inċident tat-traffiku fil-Baħrija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30 ta’ wara nofsinhar fejn mil l-ewwel rapporti jidher li l-vittma kienet passigiera f’karozza Toyota Corsa misjuqa mara ta’ 56 sena, tilfet il-kontroll dieħla f’karozza oħra li kienet ipparkjata

Il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja ġie infurmat bil-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Comments

comments