Il-Kampjonat Premier jiftaħ b’xalata ta’ gowls

Is-sostitut Olivier Giroud, skorja l-gowl rebbieħ għall Arsenal fir-rebħa ta’ 4 – 3 kontra Leicester City fl-ewwel logħba għall-istaġun tal-Premier League 2017-18.

Alexandre Lacazette poġġa l-Gunners min fuq wara biss 94 sekonda fid-debutt tiegħu, biss żewġ minuti wara Shinji Okazaki, ġab l-iskor 1 – 1.

Leicester marru min fuq b’gowl tas-solitu Vardy, fejn qabel il-mistrieħ Danny Welbeck, għamilhom 2 – 2

Fit-tieni taqsima Leicester reġgħu marru fil-vantaġġ b’gowl ieħor ta’ Vardy min corner ta’ Riyad Mahrez, qabel ma Arsene Wenger għamel sostituzzjoni doppja ispirata li wassal għar-rimonta ta’ Arsenal.

Is-sostitut Ramsey ġab li-skor indaqs, qabel ma’ Giroud skorja il-gowl rebbieħ ħames minuti mit-tmiem.

Comments

comments