Tagħmel ħerba sħiħa f’tas-Sliema wara li kienet tard għax-xogħol

Ingliża ta’ 49 sena, kmieni dalgħodu kienet involuta f’inċident stramb bil-karozza tagħha wara li allegatament kienet tard għax-xogħol.

Jirrizulta li il-mara ħabtet ma siġra u kissret xi billboards fil-promenade fi Triq it-Torri, jidher li il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi, tant hu hekk li ħalliet il-karozza fuq il-post u u baqgħet sejra x-xogħol.

Aktar tard il-Pulizija arrestaw lill-mara minn fuq il-post tax-xogħol.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Comments

comments