Ritratt vulgari bit-tama’ li ssib il-kelb mitluf

Ħafna jqisu lil kelb bħala l-akbar ħabib tal-bniedem, u hija haġa ovvja li meta kelb jew kelba tintilef,is-sid tagħha jagħmel dak kollu possibbli biex isibha.

Tfajla fl-Istati Uniti tellgħet ritratt vulgari għall l-aħħar fuq il-midja soċjali bit-tama li ssib il-kelb li kien ilu mitluf għall 3 ġimgħat.

Hija kitbet “Dan huwa l-unika ritratt li għandi tal-kelb li jismhu Ralph, min isibhu jista’ jagħmel kuntatt miegħi”

Kienu ħafna li żżuffjettaw bil-post li tellgħet din it-tfajla tant li fi ftit jiem kienu eluf li xerrdu ir-ritratt.

Minkejja li r-ritratt dar mad-dinja kollha, għad mhux magħruf jekk Ralph instabx jew le.

Comments

comments