FILMAT: Siġar jaqbdu kawża tas-sħana

Mhux l-ewwel darba li nużaw il-frażi “qed inħossni naqbad bis-sħana” frażi li min jaf kemm intużat f’dawn il-jiem. Biss kawża tas-sħana s-siġar ma ħassewhomx biss qed jaqbdu imma qabdu fil-verità.

It-Temperaturi f’pajjiżna qed jaqbżu l-40 grad u dan wara mewġa tas-sħana oħra li qed tolqot iċ-ċentru tal-Mediterran, u jekk dawn it-temperaturi huma insapportabbli, allura xi ngħidu għall temperature ta’ aktar min 60 grad?

Fil-Kuwajt bħalissa wkoll għaddejja mewġa tas-sħana tremenda li kawża tagħha qed jaqbdu anke siġar.

Filmat li ittella’ fuq youtube fl-aħħar sigħat juri siġra tal-palm taqbad kawża tas-sħana.

Ħares dejjem lejn in-naħa l-pożittiva, dejjem aħjar temperatura ta’ 40 grad milli ta’ 60 grad 😉

Ritratti: Youtube

Comments

comments