FILMAT: Inawgurata l-ewwel fażi tal-proġett fis-soċjetà mużikali San Ġużepp il-Ħamrun

Il-Ġimgħa filgħaxija ġiet inawgurata l-ewwel fażi tal-proġett il-ġdid fil-bini tas-soċjetà mużikali San Ġużepp il-Ħamrun.

Il-President tas-soċjetà is-sur Mario Carabott qal li din il-ħolma issa saret realtà, grazzi għall ħafna nies li taw kemm ħin, materjal u anke finanzi biex dan il-proġett seta’ jitwettaq, is-sur Carabott irringrazzja b’mod speċjali liċ-chairman tal-fondazzjoni SAVE A LIFE, l-onorevoli Claudio Grech u s-sinjura tiegħu li iffinazjaw il-bini.

Is-sur Carabott qal li l-proġett kien jinvolvi it-twaqqiegħ tas-sala u bini ta’ sala ġdida, immodernizzar tal-kantina, bitħa, uffiċini ġodda, mħażen għall l-armar tal-festa, kċina ġdida u spazju għall lift biex il-bini tas- soċjetà jkun aċċessibbli min kulħadd.

L-onorevoli Grech qal li l-fondazzjoni SAVE A LIFE ħadmet mas-soċjetà mużikali San Ġużepp biex min sala ikkundannata inħoloq spazju eċċezzjonali fil-qalba tal-Ħamrun, li ser irrendi biżżejjed finanzjament biex l- alljevi tas-socjeta’ jkollhom akkademja tal-mużika.

L-onorevoli Grech qal li dan hu l-10 proġett tal-fondazzjoni Save A Life min kemm ilha li twaqqfet 4 snin ilu, liema proġetti huma kola kemm huma intiżi biex iżommu t-tfal il- bogħod mid-droga.

Comments

comments