FILMAT: Spiċċaw il-qorti wara’ li għalqu Afrikan f’tebut

Żewġt persuni bojod dehru quddiem il-qorti wara li tefgħu persuna ta’ karnaġjon skur f’tebut.

Il-Kas seħħ fl-Afrika t’Isfel, wara li il-vittma daħal bla permess fir-razzett ta l-akkużati.

Iż-żewġ akkużati, Theo Martins Jackson u Willem Oosthuizen, qalu lil qorti li riedu jgħatu lezzjoni lil Victor Mlotshwa wara li allegatament qabduh fir-razzett tagħhom, u ma kellhom l-ebda intenzjoni li joqtluh.

Huma ddikjaraw li mhumiex ħatja matul l-ewwel jum tal-proċess tagħhom fil-Qorti Għolja ta ‘Delmas fil-31 ta’ Lulju.

Huma qed jiffaċċjaw akkużi ta’ ħtif, attakk, attentat ta’ qtil u pussess ta’ arma tan-nar illegali.

Comments

comments