FILMAT: F’ewforija kbira l-Ħamruniżi jibdew il-festa bil-ħruġ ta’ San Gejtanu min-niċċa

Ix-xahar t’Awwissu huwa wieħed speċjali għall-Ħamruniżi u dan għar-raġuni li fih tiġi ċ-ċelebrata l-festa ta’ San Gejtanu.

Sa min tard wara nofsinhar mijiet ta’ Ħamruniżi ħonqu l-knisja u l-madwar biex ikunu preżenti għall-Ħruġ ta’ San Gejtanu min niċċa.
Fis-6.30 p.m. bdiet il-Quddiesa fejn wara kien hemm Kurunella, Innu, Antifona u l-bews tar-Relikwa.

Minkejja li ħafna jassoċjaw biss lil-Ħamruniżi mal-marċi u l-briju ta’ barra, żgur li dan mhux il-kas għax kif jixhed il-filmat, għall quddiesa u l-ħruġ tal-vara kien hemm knisja ppakkjata bin-nies fejn b’għajta waħda instemgħet tiddi il-frażi “Fil-qdusija u fl-imħabba, Oh missier aħna nħobbuk

Ritratt/Filmat: Radio Galaxy Network

 

Comments

comments