X’jiġri jekk tieħu ħafna Viagra? Tabib jispjega kollox

Min mindu saret disponibbli lura fl-1998, Viagra saret waħda mis-soluzzjonijiet ewlenin għall-ħafna rġiel bi problema ta’ impotenza.

Il-preskrizzjonijiet għall din il-pillola żdiedu b’25% lura fl-2015 u komplew jiżdiedu b’mod stabbli mill-2011.

F’sena waħda 1.7 miljun riċetta ta ‘Viagra ingħataw lill-irġiel li kellhom problemi ta’ impotenza.

Skond Dr Seth Rankin, fundatur tal-London Doctors Clinic, jekk wieħed jieħu l-viagra ta’ spiss jista’ jkollu uġigħ fil-parti tiegħu li ta’ spiss idum għal siegħat.

Jekk dan jiġri wieħed irid jirrikorri l-isptar għax jekk ma jiġix ittrattat fi żmien 24 siegħa, jista’ jkun ta’ ħsara għall-ħajja.

Eżerċizzju mtawwal jista’ jagħmel ħsara permanenti lit-tessuti tal-pene u jagħmilha diffiċli biex jibqa’ jibbies fil-futur.

Iżda peress li Viagra tnaqqas il-pressjoni tad-demm, tista’ twassal għal problemi tal-qalb, bħal taħbit tal-qalb irregolari u agħar min hekk attakk tal-qalb.

Ritratt: Getty

Comments

comments