Tissorprendi lil maħbub tagħha b’kejk bit tema’ tal-kokaina

Dik li kellha tkun sorpriża lil maħbub tagħha f’għeluq sninu, spiċċat fi kritika kbira wara li għamlitlu kejk bit-tema’ tal-kokaina.

Stacey Morris ta’22, riedet tissorprendi lil għarus tagħha Ollie ta’ 23, bil-kejk li jibqa’ jiftakru.

Il-kejk kien imżejjen bil-linji foloz tal-kokaina, pilloli ta’ l-estasi u rinnovat bil-karti ta’ £ 50.

Stacey qalet li din kienet dejjem ċajta ta’ bejniethom għaliex naraw ħafna films u programmi dwar drogi, biss hekk kif hi tellgħet ritratt tal-kejk fuq il-midja soċjali kellha eluf ta’ kummenti, ħafna kritika b’oħrajn raw dan il-ġest bħala ċajta.

Comments

comments