FILMAT: Nirien kbar waqt il-festival Tomorrowland Unite

Il-festival tal-mużika tant popolari li kien qed isir f’diversi pajjiżi fosthom Malta, kien fl-aħbarijiet għall inċident mhux tas-soltu.

Is-Sibt filgħaxija, madwar 22,000 ġew evakwati f’Barċellona fis-Spanja, wara li nirien kbar ħakmu l-palk prinċipali.

Is-Servizzi ta’ emerġenza qalu li aktar minn 22,000 ruħ ġew imġiegħla jħallu l-festival ta’ ġurnata, li sar fil-Park de Can Zam de Santa Coloma de Gramanet, fil-ħin ta’ l-inċident kien hemm “live stream” mil-Belġju, liema festival kien qed isir ukoll f’Malta, il-Ġermanja u diversi pajjiżi oħra.

xhieda fuq il-post qalu fuq il-midja soċjali li kien hemm splużjoni segwita b’nirien.
Sadanittant, il-midja lokali rrapportaw li ħadd ma’ ndarab waqt li l-organizzaturi tal-festival ha jħallsu lura lill-dawk evakwati.

Il-kawża tan-nar għadha ma’ ġietx stabbilita iżda qed tiġi investigata, skond l-awtorità lokali.

Ritratt: ANTONIO SUNA / TWITTER

 

Comments

comments