FILMAT: Jidħol jisraq il-birra għarwien

Li tkun f’ħanut u tara lil xiħadd jieħu xiħaga u jitlaq biha il-barra mhux daqshekk normali, imma li dak li jkun seraq ikun għarwien, żgur li jħallik bla kliem.

Raġel ta’ 33 sena, inqabad mis-CCTV jisraq 3 fliexken birra min ħanut fil-belt żgħira ta’ Suwalki, fil-grigal tal-Polonja.

Skond il-pulizija lokali, ir-raġel għarwien imbagħad mar għal ħanut ieħor fejn seraq pakkett sigarretti qabel ma mexa sal bar biex jordna xi ikel.

Huwa ġie arrestat waqt li kien qiegħed barra jistenna l-ordni tiegħu u jixrob il-birra li kien għadu kemm seraq.

Comments

comments