Jissogra ħajtu f’tarf is-sur

Għalfejn bniedem jasal biex jissogra ħajtu mingħajr ma’ jaħseb fuq il-konsegwenzi li jistgħu jkun hemm?

Nhar il-Ħadd filgħaxija, żagħżugħ deher jimxi f’tarf is-sur ta’ Santa Barbara fil-belt Valletta, mingħajr ma’ qatt jaħseb fuq il-periklu li kien fih.

Nies li kienu fuq il-post, tkellmu ma’ Galaxy105.net u qalu mhux l-ewwel darba li jaraw żagħżagħ jimxu jew bilqegħda f’tarf is-sur u dan mingħajr ma’ jaħsbu fuq il-periklu serju li jkunu fih.

Biżżejjed wieħed jista’ jħoss xi ftit ta sturdament, jew sempliċiment jinħasad min xi-haġa u b’hekk jitlef il- bilanċ, bil-konsegwenzi jkunu fatali.

L-appelli tagħna huma biex wieħed ikun aktar responsabbli ta’ dak li jkun qed jagħmel u kif jgħid il-Malti…… Aħseb fil-ħażin ħalli t-tajjeb ma’ jonqosx!

Ritratti: Radio Galaxy Network

Comments

comments