FILMAT: Pulizija ta’ kontra d-droga u CID jagħtu “raid” fil-Marsa

Għad ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija qed jinżammu mill-Pulizija wara “raid” li sar ġewwa Tiger Bar fil-Marsa il-bieraħ wara nofsinhar.

Ammont ta’ droga lesta biex tiġi traffikata, fosthom sustanzi suspettati sintetiċi, raża u ħaxixa tal-kannabis ġew elevati min fuq il-post.

AKTAR KMIENI
F’dan il-ħin numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija qed jagħmlu “raid fl-istabbiliment ‘Tiger Bar’ fil-Marsa.

Għad mhux magħruf x’kienet ir-raġuni ta’ dan ir-raid, biss fuq il-post hemm numru ta’pulizija armati kif ukoll membri ta’ l-RIU u Pulizija mis-Sezzjoni tal-Klieb flimkien ma l-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Waqt li kienet għaddejja l-ħidma, fil-viċinanzi ittajret ukoll persuna.

Minkejja li sezzjoni oħra tal-midja tħalliet tkun aktar fil-viċin, il-crew ta’ Galaxy Network ma’ tħallix jersaq aktar vicin tal-post min xi membri tal-pulizija (kif jidher fil-filmat), pero xorta konna qed inwasslu b’mod esklussiv dak li kien għaddej.

Filmat: Filmat 1
Filmat 2
 

Comments

comments