FILMAT: Pulizija jkisser ħġieġa ta’ karozza biex isalva pupa li ħasibha tarbija

F’xemx tiżreġ u sħana qawwija, pulizija jilmaħ pupa (lifelike) li ħasibha tarbija magħluqa f’karozza u kien pront kisser il-ħġieġa biex isalva.

Il-każ seħħ fi New Hampshire, fejn l-uffiċjal tal-pulizija Lt. Jason Short ra t-tarbija mgeżwra b’ċarruta f’karozza sħuna fil-parkeġġ ta ‘Walmart u immedjatament ħa azzjoni.

Minkejja li l-intenzjoni tiegħu kienet waħda tajba, il-pulizija ħassu xi ftit umiljat b’dak li għamel fejn qal “Kienet mgħottija b’kappa ħafifa, u stajt nara biss ftit mis-saqajn u flixkun tal-ħalib”

Lt. Short offra wkoll li jħallas għall-ħsarat li għamel.

Comments

comments