FILMAT: Żagħżugħa tista’ tispiċċa l-ħabs u msawwta bil-frosta għax ħadet filmat bid-dublett

Tfajla mil l-Arabja Sawdita tista’ tispiċċa l-ħabs u msawwta bil-frosta wara’ li ħadet filmat ta’ sitt sekondi bid-dublett u tellgħitu fuq il-midja soċjali.

Minkejja li t-tfajla kienet liebsa diċenti, websajts tal-aħbarijiet marbuta mal-Istat, fil-pajjiż Musulman profondament konservattiv, irrappurtaw li l-uffiċjali qed ifittxu li jieħdu azzjoni kontra l-mara, minħabba li kisret ir-regoli tal-libsa tar-renju.

In-nisa fl-Arabja Sawdita għandhom jilbsu ħwejjeġ twal u maħlula magħrufa bħala abayas fil-pubbliku. Dawk li jiksru r-regoli jiffaċċjaw il-ħabs jew jiffaċċjaw swat bil-frosta.

Ritratti: Twitter

Comments

comments