Spiċċat fl-aħbarijiet għax twerżaq waqt is-sess

Stilista tax-xahar ta’ 49 sena spiċċat fl-aħbarijiet, mhux għax wettqet xi reat, imma għax twerżaq waqt is-sess.

New York magħrufa bħala l-belt li qatt ma’ torqod qatt, biss ir-residenti fi 7201 Ridge Boulevard, għandhom raġuni oħra għalfejn ma’ jorqdux u din hi li kull darba li Olga Valerio jkollha x’taqsam sesswalment mal-maħbub tagħha Byron Perez, hi tibda twerżaq ħafna bil-pjaċir.

DNAinfo rrappurtat li kemm il-darba jidħlu rapporti fuq il-linja 311 ta’ storbju ġej mis-sess min appartament fir-raba’ sular f’7201 Ridge Boulevard.

Għall l-ewwel ir-residenti kienu qed jaħsbu li t-twerżieq ġej mingħand it-tifla ta’ Olga li hi tampar il-maħbub ta’ ommha, biss Valerio stqarret li tkun hi li twerżaq fis-sess u ma’ kienitx konxja li qed tinstema’ mil-ġirien.

Comments

comments