FILMAT: Mara titkaxkar min ferrovija f’Ruma

Mara tindarab gravi f’inċident xokkanti li sar quddiem għexieren ta’ persuni fil-kapitali Taljana, Ruma.

Jidher li l-mara ġriet biex tilħaq il-ferrovija b’tali mod li idejha weħlet mal-bieba u ġiet imkaxxkra tul il-pjattaforma kollha qabel ħabtet mal-hajt.

Fil-filmat jidher li is-sewwieq tal ferrovija kien qed jiekol dak il-ħin u m’attendiex li kien hemm persuna mwaħħla mal-bieba. Minkejja li sforzi min ħaddiema u nies oħra li kienu fil-post biex jaqilgħu il-mara dan ma rnexxielhomx u l-vittma qed tiġi rikoverata fil-qasam tal-kura intensiva, bir-rapporti qed jgħidu li mhux fil-periklu tal-mewt.

Is-sewwieq tal-ferrovija nvoluta tpoġġa taħt investigazzjoni għal korriment.

 

Filmat/Ritratti: Corriere

Comments

comments