Malti pprova jaħraq ħajjin mara ta’ 28 sena, u tifel żgħir f’karozza

Raġel ta’ madwar 26 sena ġie arrestat wara allegatament nhar l-Erbgħa pprova jaħraq ħajjin mara ta’ 28 sena, u tifel żgħir f’karozza.

Ir-raġel li huwa minn Ħaż-Żabbar mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej. Fil-każ li seħħ jumejn ilu, f’Ħaż-Żabbar, jirriżulta li r-raġel mar bil-karozza tiegħu u quddiem fejn kien hemm il-karozza tal-vittmi u kien hawn li fetaħ il-bieba u beda jxerred il-fuel fuq ġewwa tal-karozza u fuq il-mara li kienet għadha ġol-karozza, waqt li t-tifel irnexxielu jinżel.

Wara li il-vittma irnexxielha tiżgiċċa mill karozza huwa beda jdawwar il-katina m’għonqa u pprova jaħraqha ħajja bil-lighter. Hu mifhum li f’dak il-ħin ħareġ raġel min-dar u kien hawn li ħarab minn fuq il-post.

Comments

comments