Wayne Rooney lura ma’ Everton FC

L-eks attakkat ta Manchester United, Wayne Rooney, ftit tal-minuti ilu iffirma ma’ Everton.

Rooney li għandu 31 sena, kien issieħeb lil Manchester United 13 il-sena ilu fejn apparti li sar l-aktar plejer li qatt skorja għall United, huwa rebaħ 5 kampjonati, Champions League u FA Cup fost l- oħrajn.

Il-Partitarji ta’ Everton laqgħu lura lil Rooney b’entużjażmu kbir fejn minnu fih itellgħu billboards bil-kliem “Welcome Home Wayne”

Min naħa tiegħu Rooney qal li jħossu eċitat li reġa irritorna mat-tim li miegħu beda jilgħab il-football u qed jistenna il-mument biex jiltaqa’ mal plejers u il-maniġer Ronald Koeman.

Comments

comments