Ħajja oħra mitlufa fil-fjur tagħha

Ġuvni ta’ 22 sena mir-Rabat, tilef ħajtu wara nstab mitluf minn sensieh fl’Iklin f’dak li kellu jkun lejl ta’ divertiment.

Għall-ħabta tal-04.45am iż-żagħżugħ Rabti intilef minn sensieh u minnufih ssejħet l-għajnuna tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħaduh l-Isptar Mater Dei, fejn sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Vella LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta, waqt li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Mill l-ewwel rapport fil-midja lokali jidher li l-mewt taż-żagħżugħ hija marbuta mat-teħid tad-droga.

Comments

comments