Għad fadal spazju għall-dawra biż-żiemel fit-triq?

It-traffiku kbir li għandna fit-toroq ta’ pajjiżna hu xi ħaġa li b’mod jew ieħor jaffettwa lil kulħadd, sewwieqa, passiġġieri fil-vetturi privati u fit-trasport pubbliku, studenti fi triqthom lejn l-iskola, ħaddiema sejrin għax-xogħol u aktar.

Minkejja li l-awtoritajiet ikunu għaddejjin b’ħidma kontinwa biex inaqqsu xi ftit min din il-problema, b’maniġġjar tat-traffiku u bini ta toroq ġodda, hawn ċertu realtajiet li hemm bżonn jiġu indirizzati b’aktar serjetà, iż-żwiemel fit-toroq traffikuża li qed jiġġammja it-traffiku min kull fejn ikunu għaddejjin.

Ritratt li intbagħat lil galaxy105.net juri dilettanti idur biż-żiemel fl-inħawi tal-Ħamrun, bil-qarrej qal li wara kien hemm serbut twil ta’ karozzi jistennew lil dan iż-żiemel għaddej bil-lajma kollha fl-eqqel tax-xemx. Nies oħra li tkellmu magħna qalgħulna li din il-problema qed jiltaqgħu magħha b’mod frekwenti l-aktar fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Ħal Qormi u l-madwar.

Il-problema mhux biss għas-sewwieqa, iżda hija wkoll għall l-istess żwiemel li jkollhom jgħaddu min stress qawwi fi-dħaħen u storbju tal-vetturi li jkunu għaddejjin min magħhom.

Comments

comments