X’ma tistax tieħu miegħek illejla waqt Isle of MTV?

Eluf ta’ persuni illejla mistennija joħonqu l-fosos tal-Floriana għall avveniment annwali Isle of MTV.

Fost l-artisti li ser jagħtu spettaklu ser ikun hemm Chainsmokers, Jonas Blue, DNCE u anke Raye. Dawn huma l-affarijiet li ma’ tistax tieħu miegħek illejla fuq il-fosos.

• Basktijiet akbar min A4 (Qis ta’ Magazine)
• Fliexken tal-ħġieġ (inkluż fwejjaħ)
• Armi (li jinkludu strumenti bil-ponta)
• Sustanzi illegali
• Apparat professjonali li-jirrekordja
• Drones
• Logħob tan-nar
• Laser Pens
• Selfie Sticks
• Umbrella
• Bnadar u poles tal-bnadar

Jekk ser tipprova idaħħal xi’ affarijiet min dawn mhux ser titħalla tidħol għall dan l-avveniment jew jitheddulek l-affarijiet imsemmija.

Inħeġġu lil-kulħadd biex jikkoopera mal-pulizija u l-uffiċjali tas-sigurtà.

Ritratt: MTV Voices

Comments

comments