Kelb il-baħar jidħol f’bajja popolari u jwerwer lil għawwiema

Għawwiema spiċċaw inwerwruha hekk kif indunaw li kelb il-baħar kien qed idur magħhom f’bajja mrammla.

Il-każ seħħ nhar is-Sibt wara nofsinhar f’Majorca fi’ Spanja, fejn rapporti qed jgħidu li il-kelb il-baħar daħal mil-oċean u dam fil-bajja popolari għall-madwar ħames minuti.

In-nies inkluż it-tfal li dak il-ħin kienu fil-baħar ġrew ghall fuq ir-ramla b’oħrajn ħatfu l-opportunità biex ħadu xi ritratti ta’ dak li kien qed iseħħ.

Il-Gwardja Ċivili ġiet avżata u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ssorveljaw iż-żona għal diversi sigħat wara biex jiżguraw li l-kelb il-baħar, magħruf bħala Tintorera bl-Ispanjol, ma jerġax jirritorna.

Ritratti: SOLARPIX

Comments

comments