FILMAT: Il-Matador Ivan Fandino jmut fi ġlieda kontra l-barri

Ivan Fandino, il-Matador popolari Spanjol ta’ 36 sena miet wara’ li ntlaqat mill-qrun tal-barri fi ġlieda fi Franza is-sibt filgħaxija.

Waqt ġlieda li kienet qed isir f’Arena fil-belt Franċiża ta’ Mont-de-Marsan, qrib il-fruntiera Spanjola, Il-matador professjonali intlaqat fil-pulmun mil-qrun tal-barri fl-istess ġlieda.

Huwa mifhum li qalbu waqfet fl-ambulanza u mal-wasla tiegħu fil-isptar, it-tobba ma setgħux jagħmlu xejn biex isalvaw il-ħajja tiegħu.

TWISSIJA: FILMAT GRAFIKU

Comments

comments