FILMAT: Maltin weġġgħu wara paniku fi Piazza San Carlo, ġewwa Turin

Mill-inqas żewġ Maltin indarbu waqt paniku li nqala’ ġewwa Turin, fejn il-partitarji kienu qed isegwu l-finali taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid fi Piazza San Carlo.

Jirriżulta li xi partitarji xegħelu flare u nstema’ ħoss kbir ta’ splużjoni bil-folla prezenti ħasbet li kien seħħ xi attakk terroristiku b’ħafna nies ġrew il barra mill-pjazza bil-konsegwenza li-ħafna spiċċaw jgħaffġu fuq xulxin.

Ritratt: Reuters

Comments

comments