Manchester United jirbħu l-Europa League f’lejl emozzjonali

Manchester United rebħu t-tieni trofew maġġuri tagħhom tal-istaġun u post fiċ-Champions League wara’ li għelbu lil Ajax fi Stokkolma.

F’lejl emozzjonali wara l-attakk li qatel 22 ruħ fil-kunċert ta’ Ariana Grande fil-Manchester Arena nhar it-Tnejn, partitarji tal-United għajtu l-għajta ta’ “Manchester Manchester” għall ħinijiet twal tul il-finali.

Manchester United fethu li-skor permezz ta Paul Pogba fit-18 il-minuta, waqt li it-tieni gowl wasal ftit wara’ l-mistrieħ min Henrikh Mkhitaryan.

Il-Legenda ta’ Manchester United, David Beckham qal, dan huwa mument importanti għall Manchester United imma huwa mument akbar għall belt ta’ Manchester wara l’attakk terroristiku ta jumejn qabel.

Ritratt: Reuters

Comments

comments