Raġel ta’ 46 sena jsofri ġrieħi gravi f’sit ta ‘kostruzzjoni

Għall ħabta ta’ 10:00 ta’ dalgħodu il-Pulizija kienet infurmata, li persuna indarbet wara li waqet’ min fuq ċint f’sit ta ‘kostruzzjoni fil-Qrendi.

Kif wasslu fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett sabu raġel ta’ 46 sena midrub, mill-Investigazzjonijiet preliminari jidher li ir-raġel hu mill-Kroazja u joqgħod fi San Ġiljan.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu l-vittma l-Isptar Mater Dei għall aktar kura. Wara kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja.

Ritratt: CMRU

Comments

comments