Operazzjonijiet kellhom jiġu mħassra kawza ta’ virus kbir fuq kompjuters

Virus kbir maħsub li ġie żviluppat mill-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali Amerikan laqat organizzazzjonijiet madwar id-dinja.

Eluf ta’ kompjuters ġew imsakkra minn program li qed jagħmel talbiet ta’ $300 f’Bitcoin. Kawża ta’ dan il-virus, kellhom jiġu kanċellati diversi operazzjonijiet fl-isptarijiet tal-NHS fir-Renju Unit waqt li bosta negozji ma setgħux ikomplu bil-ħidma tagħhom.

Hu rappurtat li dan il-virus laqat 99 Pajjiż differenti fosthom ir-Renju Unit, l-Amerika, iċ-Ċina, ir-Russja, Spanja u l-Italja.

Għad mhux magħruf jekk dan il-virus affetwax lil-Pajjiżna.

Ritratt: PA:PRESS ASSOCIATION

Comments

comments