West Ham United, Newcastle United u issa Chelsea qed jiġu investigati

Wara’ West Ham u Newcastle, Uffiċjali mid-dipartiment ta’ taxxa qed jinvestigaw ukoll lil Chelsea.

HM Revenue and Customs ikkonfermaw li kważi 200 uffiċjal kienu skedati madwar l-Ingilterra u Franza fejn qed issir investigazzjoni fuq frodi.

F’dawn ir-“rejds” li saru min kmieni dalgħodu f’diversi grawnds ġew elevati reġistri tan-negozju, rekords finanzjarji, kompjuters u telefowns ċellulari u ġew arrestati diversi persuni fosthom il-kap ta Newcastle United, Lee Carnley.

Ritratt: Getty

Comments

comments