Salvata tarbija ta’ twelid li ndifnet ħajja

Tarbija ta’ twelid instabet midfuna ħajja wara’ li ommha stess ħallietha hemm biex tmut.

Kienu ħaddiema ta’ fabbrika ta l-injam fil-provinċja ta’ KwaZulu-Natal, fil-Vant ta’ l-Afrika t’Isfel li semgħu biki ta’ tarbija ġej mill-viċinanzi ta’ fejn kienu qed jaħdmu.

Meta l-ħaddiema għamlu t-tfittxijiet tagħhom sabu tifel ta 3 ijiem midfun taħt ir-ramel u l-injam. Omm l-istess tarbija li taħdem fl-istess fabbrika stqarret li hija kienet tibża’ mill-ġenituri tagħha li mhux ħa japprovaw li hija jkollha tarbija oħra wara li diġà għanda tifel ta erba’ snin.

Ritratt: CEN

Comments

comments