Il-Ħamruniżi jingħaqdu għall-ALS Malta

112

Is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp tal-Ħamrun bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħamrun, nhar is-Sibt li ġej ser jorganizzaw l’attivita “Mill-Ħamrun Għall-ALS” fi triq il-kbira San Ġużepp.

Kien is-sur Massimo Cappitta li ħareġ bl-ideja ta din l’attività u li fi-kliemu stess kien ovvju li mill l-ewwel sab l’appoġġ tas-Soċjetà . Minnu fih bdew il-preparamentifejn is-Soċjetà avviċinat lil-kunsillier is-sur Efrem Buttigieg li b’koordinament mas-sindku is-sur Christian Sammut offrew l’għajnuna kollha li hemm bżonn mill-kunsill lokali Ħamrun.

Il-president tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp , is-sur Mario Carabott

Meta dan is-sit tkellem mal-president tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp , is-sur Mario Carabott, qal li minkejja il-pika bejn iz-żewġt baned fil-festa, tinħass sew l’għaqda li hemm bejn il-Ħamruniżi u kif l’għaqdiet kollha tal-Ħamrun ingħaqdu mas-Soċjetà San Ġużepp għall-din l’attività . Is-sur Carabott kompla billi qal li kull għaqda fil-Ħamrun ġiet mistiedna u kollha kemm huma offrew l’għajnuna .

Għall l’attività Mill-Ħamrun Għall- ALS li ser issir quddiem il-knisja ta San Gejtanu, il-pubbliku ser jingħata għażla min 3 tipi ta’ għaġin differenti u deżerta , u dan għall €10 donazzjoni li kollha kemm hi ser tmur ghall ALS Malta. Ma jistax jonqos li ser ikun hemm 3 sigħat ta’ divertiment ma l-aqwa kantanti u żeffiena Maltin u play area għat- tfal. Li spettaklu ħa jkun qed jitmexxa mill-preżentatur ta Radio Galaxy, Manuel Chircop.

Il-preżentatur ta Radio Galaxy, Manuel Chircop

Kif wieħed jistenna ser ikun hemm ukoll il-preżenza tal-moħħ wara’ l’ALS Malta, is-sur Bjorn Formosa li fl-aħħar tas-serata ser jiġi preżentat bis-somma miġbura min din l’attività .

It-tim ta’ Radio Galaxy Network iħeġġeġ lil publiku ingenerali biex jattendi għall-din l’attività .

Comments

comments