Relazzjoni romantika ġdida ghall-Pamela Anderson?

L’attriċi Pamela Anderson kienet kawta ħafna dwar dwar l’għajdut li hi tinstab f’relazzjoni romantika ma l’fundatur tal-WikiLeaks Julian Assange.

Meta kienet qed titkellem fuq it-televiżjoni Svediż, l-attivist ta-drittijiet ta’annimali u ex attriċi  ta “Baywatch” qalet li probabbilment qattat aktar ħin ma’ Assange milli ma’ xi raġel ieħor fl-aħħar xhur iżda ma zvelatx aktar dettalji.

Il-Midja Ingliża irraportat li Anderson dehret iżżur lil Assange fl-ambaxxata Ekwadorjana f’Londra fejn hu ha refuġju biex ma jiġix estradit lejn li-Svezja wara li kien akkużat bi-stupru, liema allegazzjonijiet l’istess Assange dejjem ċaħad.

F’post fuq il-website tagħha, Pamela Anderson kitbet li Julian Assange hu wieħed mill-persuni favorit tagħha.

Comments

comments